Manchester United qed joqorbu li jassiguraw ftehim għall-attakkant ta’ Benfica, Darwin Nunez.
Iż-żagħżugħ ta’ 22 sena kien f’forma eċċellenti għall-Eagles matul l-istaġun 2021-22, u sab ix-xibka f’34 okkażjoni f’40 dehra, minbarra li pprovda sitt assists.
Nunez għad fadallu aktar minn tliet snin fil-kuntratt tiegħu ma’ Benfica, iżda x’aktarx li l-ġganti Portugiżi mhux se jkunu jistgħu jżommuh matul it-tieqa tat-trasferimenti ta’ dan is-sajf.
Numru ta’ clubs Ewropej ewlenin ġew marbuta mal-player internazzjonali tal-Urugwaj, b’Manchester United maħsuba li huma fost il-favoriti għall-firma tiegħu fis-suq tat-trasferimenti li ġej.
Huwa mifhum li t-team li se jkun immexxi minn Erik ten Hag issa qed jagħlaq ftehim għall-attakkant ċentrali, bir-Red Devils mistennija joffru offerta ta’ €80m għas-servizzi tiegħu.