Nhar it-30 t’ Awwissu u nhar l-1 ta’ Settembru, MMG Promotions se tkun qed ittella spettaklu ta’ mużika u dawl ġo Teatru uniku f’Ħaż-Żabbar, it-Teatru Blue Arena.
Fl-isfond tal-arkitettura unika ta’ dan il-post, flimkien ma’ diversi elementi ta’ dawl, MMG Promotions se tkun qed ittella żewġ serati differenti li ħa jappellaw għal gosti ta’ kulħadd.
Nhar it-30 t’ Awwissu se tkun qed tittella edizzjoni oħra tal-80s and 90s Night- lejl iddedikat għallaqwa diski ta’ din l-epoka li se joffru divertiment kbir lil dawk preżenti. Diversi DJs rinomati fixxena li jinkludu lil Pierre B li se jiftaħ il-lejla, u Alex Grech flimkien ma’ DJ Chris Funky Town eżatt wara se jkunu qed jallegraw lil dawk kollha preżenti. Bibien jiftħu fit-8 ta’ filgħaxija.
Il-milja ta’ dan l-ispettklu tintlaħaq nhar il-Ħadd l-1 ta’ Settembru, fejn id-DJ Internazzjonali u ta’ fama mondjali fil-muzika Trance, Gabriel & Dresden, se jkunu qed jirritorna lura Malta, wara nuqqas ta’ 18-il sena.
L-imħuħ wara diversi diski kbar bħal Zocalo u As The Rush Comes, se jkunu
qed itellgħu sett ta’ sagħtejn ma’ nżul x-xemx, li żgur se jinżel tajjeb mad-dilettanti ta’ din l-istil ta’ mużika. DJs oħrajn popolari li se jkunu qed idoqqu matul din il-lejla jinkludu lil Tenishia, Clay C, JJoy, Ryz’, u NILL. Bibien għal din l-attivita jiftħu fl-4 ta’ wara nofsinhar.
Dan l-ispettaklu qed jittella bil-kollaborazzjoni ta’ diversi sponsors u Visit Malta.
Iżjed informazzjoni tista tinkiseb minn fuq il-mezzi soċjali, kemm mill-paġna uffiċjali ta’ MMG Promotions u anke mill-paġni ddedikati għal dawn l-attivitajiet. Biljetti jistgħu jinkisbu minn malbieb, jew minn fuq ShowsHappening.com għal dħul garantit.