Friday, December 27, 2024

David Agius maħtur bħala l-president il-ġdid tal-Hockey Association of Malta

Aqra wkoll

David Agius hu l-president il-ġdid tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Hockey. Dan kollu ġie deċiż waqt laqgħa ġenerali straordinarja msejħa t-Tnejn filgħaxija. Agius se jkun qed jieħu post Gordon Mifsud li kien ilu f’din il-kariga għal sitt snin.

Sadanittant ġie iffurmat ukoll il-kumitat eżekuttiv hekk kif Dario Cacopardo se jkun is-segretarju tal-assoċjazzjoni filwaqt li bħala membri hemm Alessandro Amore, Andre Ghio u Dr Ralph Agius Fernandez.

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Hockey ilha mwaqqfa sa mis-sena 1968.

Ekonomija

Sport