Friday, November 15, 2024

David Agius mistenni jkun id-Deputat Speaker

Aqra wkoll

Deputati Parlamentari Nazzjonalisti bdew jissejħu mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech biex b’hekk jaħtar ix-shadow cabinet tiegħu. 

Skont rapporti fuq il-midja lokali, il-Viċi Kap tal-PN David Agius mistenni jkun id-Deputat Speaker. Huwa se jieħu post Claudette Buttigieg li kellha l-kariga matul il-leġiżlatura li għaddiet. Agius mistenni jieħu wkoll il-portafoll tal-politika soċjali fix-shadow cabinet.

Intant, rapporti qed jindikaw li minflok il-Membru Parlamentari Mario De Marco, Jerome Caruana Cilia mistenni jkun il-Kelliem tal-PN għall-Finanzi.

Minflok Chris Said, rapporti qed jgħidu li mistenni jkun hemm Alex Borg, wiċċ il-ġdid għall-PN, li jkun responsabbli minn Għawdex.

Justin Schembri mistenni jkun ix-Shadow Minister tal-Edukazzjoni filwaqt li l-kelliem għall-enerġija f’isem il-PN mistenni jkun Mark Anthony Sammut.

L-istess rapporti qalu li l-kelliem tal-ġustizzja f’isem il-PN mistenni jkun Karol Aquilina, filwaqt li Ryan Callus mistenni jkun responsabbli mill-infrastrutura u l-eks Kap tal-PN Adrian Delia mistenni jkollu l-portafoll tat-Trasport u l-Proġetti Kapitali.

Ekonomija

Sport