David Alaba u Real Madrid se jinfirdu fit-tmiem tal-istaġun 2025/26. Il-klabb Madrilen mhux se jġedded il-kuntratt tal-Awstrijak li jiskadi fl-2026.
Alaba, li ngħaqad ma’ Real Madrid fl-2021, sofra diversi injuries serji fosthom ksur tal-ligament fl-2023 u problema fil-meniskus li żammitu barra tliet xhur. L-aħħar ġimgħat kellu wkoll uġigħ f’siequ. Il-frekwenza tal-injuries u l-paga għolja tiegħu wasslu lill-Blancos biex ma jestendux il-ftehim.

