David Beckham ħabbar li huwa miftuħ li jkollu taħditiet ma’ kwalunkwe xerrej potenzjali ta’ Manchester United.
Beckham ma jiflaħx jixtri lill-club waħdu iżda jista’jifforma parti minn konsorzju ta’ investiment biex jixtri lill-club.
L-involviment ta’ Beckham jista’ jkun ta’ benefiċċju għal kull xerrej prospettiv minħabba l-istorja twila tiegħu mal-club.
Ix-xerrejja prospettivi jistgħu jingaġġaw lill-eks player tar-Red Devils biex iżidu ċ-ċansijiet tagħhom li jirbħu t-taqtiegħa tal-offerti għal United.
L-istorja ta’ Beckham mal-United u r-relazzjoni mas-segwaċi ta’ Old Trafford tista’ tbiddel il-vot favur dawk li jagħżel li jissieħeb magħhom.
Beckham ġie avviċinat minn ‘diversi investituri’ fil-passat, iżda t-taħditiet qatt ma rnexxew.
Jingħad li l-eks captain tal-Ingilterra huwa aktar miftuħ minn qatt qabel biex jiddiskuti ftehim hekk kif il-United, nhar it-Tlieta li għadda, kkonfermaw li s-sidien Amerikani tagħhom kienu miftuħa li jbigħu lill-club.