Friday, November 15, 2024

David Beckham interessat li jieħu lil Cristiano Ronaldo ma’ Inter Miami

Aqra wkoll

David Beckham, is-sid tal-club tal-football Amerikan Inter Miami, jinsab interessat li jiffirmaw lill-attakkant internazzjonali Portugiż ta’ Manchester United, Cristiano Ronaldo, f’Jannar li ġej. 

Matul dawn tal-aħħar jiem, Beckham tkellem mar-rappreżentanti ta’ Ronaldo fejn ġie nnotifikat li l-player ta’ 37 sena jinsab interessat ħafna li jmur jilgħab fl-Istati Uniti. 

Dan wara li l-club Ingliż, fil-jiem li ġejjin mistenni li jittermina l-kuntratt ta’ Ronaldo wara ksur tar-regoli tal-etika wara intervista li ta ma’ Piers Morgan fuq il-media soċjali fejn attakka lill-istess club bla heda. 

U wara dan l-attakk fejn akkuża lir-Red Devils li ttradewh u qal li ma għandu l-ebda rispett lejn il-coach, Erik ten Hag, Ronaldo sostna li jrid jibqa’ umli. 

Huwa pprova jiddevja l-attenzjoni ‘l bogħod mill-futur tal-club tiegħu hekk kif tħarreġ mal-iskwadra tal-Portugall qabel il-ħames finali tiegħu tat-Tazza tad-Dinja.

Huwa qal: “Qegħdin hawn biex nirbħu u nemmen li għandna l-iskwadra biex nagħmlu dan. Imma mbagħad hemm numru ta’ timijiet mill-aqwa  … b’talenti ta’ klassi mondjali u għalhekk irridu nibqgħu ffukati, nibqgħu umlin, noħorġu hemmhekk u nuru x’nistgħu nagħmlu.”

Ronaldo, li t-Tazza tad-Dinja tiegħu tibda kontra l-Ghana, kellu merħba kemmxejn skomda mingħand il-kollega tiegħu ta’ Manchester United, Bruno Fernandes, hekk kif jidher li m’għandhomx relazzjoni tajba minkejja li jridu jilagħbu fl-istess team għall-istess pajjiż. 

Ekonomija

Sport