Monday, October 7, 2024

David de Gea jirrifjuta li titnaqqaslu l-paga

Aqra wkoll

Il-goalkeeper ta’ Manchester United, David de Gea, qed jirrifjuta t-tentattivi tar-Red Devils biex inaqqsu s-salarju tiegħu sa £9 miljun fis-sena bi kwalunkwe ftehim ġdid.

Il-goalkeeper ta’ 32 sena għadu għaddej fl-aħħar ftit xhur tal-kuntratt tiegħu f’Old Trafford u jista’ jitlaq bħala free agent fis-sajf li ġej, kif inhuma l-affarijiet.

De Gea ilu jissemma’ li tabilħaqq jista’ jerġa’ lura lejn Spanja għal ftit tas-snin issa, u t-taħdit dwar tluq intensifika meta tilef il-post fit-tim għal żmien qasir għas-spejjeż ta’ Dean Henderson.

Sport