Friday, November 22, 2024

David De Gea jqum bla xogħol fil-ġurnata tat-tieġ tiegħu

Aqra wkoll

Il-goalkeeper internazzjonali Spanjol, David De Gea, ilbieraħ ingħaqad fis-sag­rament taż-żwieġ mas-sieħba tiegħu, il-kantanta Spanjola, Edurne Garcia, li minnha għandu tifla li twieldet f’Marzu, 2021. 

Iżda d-divorzju minn ma’ Manchester United ġiegħlu jqum bla xogħol. 

Dan minħabba li l-Ġimgħa li għadda kien, tmiem l-istaġun 2022-23, huwa sar player liberu minħabba li ntemmlu l-kuntratt wara li r-Red Devils ma riedux iġedduhulu. 

Aktar minn hekk, l-istess club talab lill-player ta’ 32 sena biex ma jiffirma ma’ ħadd minħabba l-fatt li jistgħu jirrikorru għas-servizzi tiegħu jekk huma ma jirnex­xielhomx jiffirmaw goalkeeper ieħor!

De Gea, li kellu salarju ta’ £375,000 fil-ġimgħa, aċċetta li jieħu tnaqqis għal £200,00 biex jibqa’ jilgħab f’Old Trafford, iżda d-diriġenti tal-club rieduh jaċċetta tnaqqis konsiderevoli bil-konsegwenza li ma ntlaħaq l-ebda ftehim … biex il-kuntratt tiegħu ma ġġeddidx hekk kif din is-saga damet tkarkar.  

Huwa kien ingħaqad ma’ Manchester United, fl-2012, mingħand Atletico Madrid, taħt it-tmexxija tal-manager Alex Ferguson, fejn magħhom lagħab 415-il partita kompetittiva. 

It-tieġ sar fil-belt ta’ Menorca, Spanja,  f’ċerimonja privata fejn kien hemm 80 mistieden biss. 

Sport