David de Gea lest jieħu tnaqqis sostanzjali fil-paga sabiex jiffirma kuntratt ġdid fit-tul ma’ Manchester United.
Il-ftehim attwali tal-Ispanjol għandu jiskadi f’Ġunju tal-2024, bir-Red Devils dan l-aħħar jattivaw estensjoni ta’ 12-il xahar biex jeħduh sa tmiem l-istaġun li ġej.
De Gea ma ħebax ix-xewqa tiegħu li jiffirma kuntratt ġdid f’Old Trafford, iżda, u l-goalkeeper ta’ esperjenza jrid kuntratt minimu ta’ tliet snin.