David Fenech għadu kif spiċċa l-Masters in Applied Sports and Exercise Science ma’ Staffordshire University l-Ingilterra.
Dan il-Masters kien possibli grazzi għall-Malta Sports Scholarship scheme fejn il-kors kien iffinanzjat mil-Gvern ta’ Malta. Dan il-kors kien kompost minn diversi ‘modules’ fejn iffoka fuq ir-rwol ta ‘sports scientist’ fil-qasam sportiv kif ukoll assoċjazzjonijiet u clubs professjonali li jużaw l-aħħar avvanzi teknoloġiċi u xjentifikament pruvati biex jgħinu lill-atleti jimmassimazzaw il-wirjiet tagħhom.
Apparti minn hekk it-teżi iffokat fuq ‘lactate testing’ fejn sar studju fuq il-plejers li jilaghbu fil-Premier u fiċ-Challenge League ta’ Malta u bħalissa għaddej mill-proċess li jiġi ppublikat fuq journal internazzjonali. Apparti minn hekk din is-sena waqaft nilgħab il-futbol minn man-Naxxar u mort performance coach ma l-U18 tan-nazzjonal.