Wednesday, October 9, 2024

David Neres pass bogħod minn Napoli

Aqra wkoll

Il-winger Brażiljan David Neres jinsab pass bogħod milli jiġi akkwistat minn Napoli. Dan il-plejer għandu 27 sena u ġej minn staġun pożittiv ma’ Benfica fejn b’kollox lagħab 55 logħba u skorja 11-il gowl.

Il-kowċ ta’ Napoli Antonio Conte jixtiequ ħafna fit-tim u għalhekk talab lid-diriġenti tiegħu sabiex jirsistulu għalih.

Il-prezz li qed jissemma’ għal dan it-trasferiment hu dak ta’ €25 miljun.

Sport