Monday, September 23, 2024

David Neres viċin ħafna ta’ Napoli

Aqra wkoll

Fadal biss l-aħħar dettalji qabel ma’ David Neres isir plejer ta’ Napoli. Dan tal-aħħar għandu 27 sena u hu winger internazzjonali Brażiljan. Bħalissa hu jinsab reġistrat ma’ Benfica iżda f’dawn l-aħħar jiem hu ma kienx qed jipparteċipa fis-sessjonijiet ta’ taħriġ.

Neres skorja 11-il gowl f’55 partita ma’ Benfica filwaqt li fil-passat lagħab ukoll ma’ Sao Paulo, Ajax Amsterdam u Shaktar Donetsk.

Sport