Il-Federazzjoni tat-table tennis fi ħdan il-Commonwealth għadha kemm ħatret lil David Pace sabiex ikun parti mill-VETS Board fl-aħħar laqgħa ġenerali annwali li saret dan l-aħħar. Pace se jkun qed jikkontribwixxi sabiex elementi bħall-governanza, amministrazzjoni u l-promozzjoni ta’ dan l-isport fi ħdan il-Commonwealth jitkattru dejjem aktar, speċjalment fis-settur ta’ dawk il-plejers ‘il fuq minn 40 sena.
David Pace għandu esperjenza ta’ ‘l fuq minn 45 sena f’dan l-isport bħala atleta, kowċ u amministratur. F’kumment li ta, hu laqa’ b’sodisfazzjon din il-kariga u qal li jinsab lest għall-isfidi li se jkunu qed jinqalgħu minn żmien għal żmien filwaqt li jaħdem b’mentalita’ pożittiva fi ħdan il-komunita’ tat-table tennis. Hu rringrazzja wkoll liċ-chairman tal-CTTF Vivek Kohli talli nnominah waqt il-laqgħa ġenerali annwali.