Il-leġġenda ta’ Manchester City, David Silva, ġie mmultat wara li ammetta li ħebb għal mara waqt il-karnival fil-Gran Canaria f’Ġunju li għadda.
Silva, li bħalissa qed jilgħab mat-team Spanjol Real Sociedad, ġie ordnat iħallas multa ta’ €1,080 talli ħebb għal mara żagħżugħa waqt ġlieda li seħħet fil-karnival ta’ Maspalomas.
F’din il-ġlieda kienu nvoluti wkollħu l-Ispanjol, Fernando Antonio Jimenez Silva, u persuna oħra li ismu ma ssemmiex.
Skond rapporti, David Silva, qabad lill-imsemmija mara minn dahra u sabbatha mal-art.
Qed jingħad li mal-impatt, il-mara sofriet ġrieħi f’rasha, tbenġil fuq il-minkeb u rkopptejha.
Il-vittma kienet teħtieġ assistenza medika iżda mhux kura medika.
Filwaqt li huwa ammetta l-iżball tiegħu, huwa ġie mmultat £1,080.