Meta mistoqsi mid-Deputat Nazzjonalista, David Thake dwar għaliex ma tteħdux ġurnalisti fiż-żjara li l-Prim Ministru Robert Abela għamel fil-Libja, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Evarist Bartolo qal li “konna nkunu rresponsabbli għax hemm riskju.”
Il-Ministru Bartolo żied jgħid li Tripli hi żona ta’ gwerra u għaldaqstant mhijiex sigura.
“L-ajruport ta’ Mitiga kien taħt attakk għal diversi jiem. Kien biss meta morna aħna li ma kienx hemm attakki. Ma kienx il-każ li jittieħdu ġurnalisti”.