Inter lesti sabiex jilqgħu fosthom lil Davide Frattesi hekk kif huma għandhom ftehim verbali mal-plejer ta’ Sassuolo. Dawn tal-aħħar se jkunu qed idaħħlu s-somma ta’ €25 miljun bil-midfielder internazzjonali Taljan li se jkun qed jiffirma kuntratt ta’ ħames snin.
L-aġent tal-plejer Giuseppe Riso qal li Frattesi minn dejjem xtaq imur ma’ Inter. Hu se jkun qed jieħu post Marcelo Brozovic li ngħaqad ma’ Al Nassr.