Saturday, September 14, 2024

Davide Frattesi fir-radar ta’ Milan

Aqra wkoll

Milan bdew l-ewwel kuntatti ma’ Sassuolo sabiex jippruvaw jegħlbu l-konkorrenza ta’ Inter u jiksbu s-servizzi tal-midfielder Davide Frattesi.

Wara li Sandro Tonali telaq lir-Rossoneri sabiex mar ma’ Newcastle United, Frattesi sar l-objettiv ewlieni ta’ Milan. Il-plejer jiswa €40 miljun u jinsab ferm favorit li jiġi akkwistat minn Milan.
Frattesi għandu 23 sena u ilu ma’ Sassuolo sa mis-sena 2017 fejn lagħab 72 partita u skorja 11-il gowl.

Ekonomija

Sport