Wednesday, December 25, 2024

Dawk li jmorru jagħmlu check-ups ta’ rutina kontra l-kanċer naqsu b’terz? Is-servizz kien waqaf u issa reġa’ beda

Aqra wkoll

Mill-Parlament ħareġ li s-servizz ta’ check-ups ta’ rutina biex persuni jaqbdu kanċer fil-bidu kien twaqqaf u dan reġa’ beda f’Awwissu li għadda. Fil-Parlament saret mistoqsija jekk hux minnu li n-nies li jagħmlu dawn iċ-check ups naqsu b’terz. Il-Ministru għas-Saħħa qal biss li s-servizz reġa’ bed.

Kienet id-Deputat Nazzjonalista Claudette Buttiġieġ li staqsiet lill-Viċi Prim Ministru Fearne jekk  jikkonfermax li n-nies  li jmorru jagħmlu check-ups ta’ rutina li jista’ jwassal biex isiru jafu kmieni jekk għandhomx kanċer naqsux b’terz.

Il-Viċi Prim Ministru wieġeb li “matul il-perjodu ta’ bejn Marzu u l-bidu ta’ Awwissu ta’ din is-sena dan is-servizz kien waqaf minħabba l-bidu tal-pandemija tal-Covid-19, ninfurmaha ukoll illi l-screening u l-early diagnosis wara dan il-perjodu rega’ beda’ jingħata.”

Ekonomija

Sport