Sunday, December 22, 2024

“Dawk li m’għandhomx mezz li jibdlu l-post fejn jgħixu se jgawdu mill-għaqal tal-investiment ambjentali tal-gvern”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Is-Segretarju Parlamentari għas-sajd, l-akwakultura u d-drittijiet tal-annimali Alicia Bugeja Said tkellmet dwar l-investiment massiċċ ta’ €700 miljun f’investimenti ambjentali li se jtejbu l-kwalità tal-ħajja tan-nies.

Żiedet tgħid li l-postijiet urbani qegħdin isiru popolati aktar minn qatt qabel u għalhekk dawn il-proġetti se jkunu qegħdin jagħtu nifs lill-familji Maltin u Għawdxin. Sostniet li l-għaqal tal-proposta li se tkun qiegħda tinbidel f’miżura li se tara lil dawk li m’għandhomx il-mezz li jibdlu l-post fejn jgħixu biex jirrilokaw f’lokalità li fiha hemm spazju miftuħ jingħataw din il-possibbiltà mingħajr ebda skariġġ.

Bugeja Said tkellmet dwar numru ta’ proġetti fosthom il-fabbrika maġġuri tal-ħalib fil-Ħamrun li se tinbidel fi spazju miftuħ massiċċ filwaqt li jkun żgurat li din tiġi rilokata u ma tintilifx għad-dannu tal-produtturi tal-ħalib u l-ħidma kruċjali tagħhom biex jipproduċulna l-prodotti friski u lokali.

Rigward is-sajjieda, Bugeja Said qalet li dan il-gvern fl-aħħar snin wettaq proġetti infrastrutturali bħalma huma skalin u mollijiet u hemm impenn li dawn il-proġetti jkomplu jiżdiedu fosthom dak tal-breakwater ippjanat f’Marsaxlokk.

Tkellmet dwar il-bżonn tal-ħsieb li dawn il-proġetti ambjentali, jkunu jipprovdu parkeġġi taħt l-art li jiffaċilitaw il-ħajja, b’mod speċjali minħabba ż-żieda sostanzjali tal-vetturi f’pajjiżna.

Tkellmet ukoll dwar id-drittijiet komuni, fejn persuna li tiddedika ħajjitha biex iżomm darha bl-aħjar mod possibbli billi fost l-oħrajn tieħu ħsieb li min żmien għall-ieħor tirrestawra l-faċċata tagħha, tispiċċa mdawra minn bini li xejn ma jikkumplimenta dawn id-djar.

Ekonomija

Sport