Repubblika, Occupy Justice u Manuel Delia sejħu lill-pubbliku biex illejla fis-7.30 p.m jingħaqad magħhom ħdejn il-memorjal ta’ Daphne Caruana Galizia fi Pjazza l-Assedju l-Kbir fil-Belt.
Illum jaħbat it-32 xahar mill-mewt ta’ Daphne Caruana Galizia u fi stqarrija maħruġa minnha Occupy Justice sostniet li hi beħsiebha tkompli bil-ġlieda tagħha sakemm issir ġustizzja.
Dawk li se jattendu huma mitlubin jilbsu maskra jew visor kif ukoll iżommu d-distanza soċjali.