Saturday, December 28, 2024

“Dawk li se tinħafrilhom il-multa għandhom jagħmlu xogħol fil-komunità”

Aqra wkoll

B’reazzjoni għal dak imħabbar ilbieraħ mill-Prim Ministru Robert Abela li wħud mill-multi mogħtija lil persuni li kisru l-miżuri ordnati mill-awtoritajiet tas-saħħa għal safe distancing se jkunu qed jinħafru, id-Deputat tal-Oppożizzjoni Gofrey Farrugia qal li dawk kollha li se tkun qed tinħafrilhom il-multa għandhom tal-inqas ikollhom il-multa mibdula f’xogħol fil-komunità.

Semma li fost oħajn dawn jistgħu jgħinu billi jċemplu lil persuni b’diżabilità, jew jaħdmu b’risq proġetti ambjentali bħal jinvolvu ruħhom fi tħawwil ta’ siġar.

Id-Deputat Farrugia għamel dan il-kumment fil-Parlament waqt li kienet qed issir diskussjoni dwar liġi li tirregola lill-Bank Ċentrali.

Farrugia temm jappella lil kull min se tinħafirlu multa biex jagħmlu xogħol fil-komunità bħala indiema ta’ dak li għamlu.

Ekonomija

Sport