Skont l-aħħar aġġornament b’rabta mas-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna, l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li fl-aħħar sigħat feġġew 32 każ ġdid u rkupraw 60 persuna mill-virus. B’hekk il-każi attivi issa niżlu għal 718.
Rigward dawk rikoverati fl-Isptar minħabba l-Covid-19 ntqal li hemm 25 persuna rikoverati u li ħamsa minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-kura intensiva.
Il-vittmi tal-covid-19 żdiedu għal 450 wara li fl-aħħar sigħat mietet anzjana ta’ 88 sena waqt li kienet pożittiva għall-virus.
Sal-bieraħ kienu ngħataw 807,825 doża tal-vaċċin li minnhom 3,468 huma booster dose.