L-istoriku Għawdxi Michael Refalo qal li FRAK MILL-ISTORJA jitfa’ dawl ġdid fuq l-istorja tal-Għawdxin f’Għawdex, jitkellem dwar affarijiet serji u importantI b’ċerta ħajta fina ta’ umoriżmu, ta’ fehma, ta’ empatija mal-istorja nfisha, ma’ pajjiżna u ma’ dawk li għexu u għadhom jgħixu fih. Tkun barka għalina li napprezzaw dan waqt li nsiru nafu aħna min aħna u minn fejn ġejjin, qal Dr Refalo fit-tnedija tal-ktieb f’Għawdex fil-Banca Giuratale fit-Tokk.
Evarist Bartolo qara kapitli mill-ktieb dwar l-istorja ta’ Għawdex. Dokumenti ġodda juru li kienu l-Għawdxin l-ewwel li qamu kontra Gonsalvo Monroy. Issemmiet Isabetta Caruana, il-mara Għawdxija li fis-seklu 16 ġiet akkużata li kienet saħħara u li għallmet duttrina Kattolika falza. Vitor tal-Qanfuda, il-bennej prim li f’Chambray bena l-ewwel kwartieri għat-truppi Ingliżil. Dokumenti li juru x-xewqa tal-Għawdxin li Malta għandha tkun magħrufa bħala Malta u Għawdex l-istess bħal ma huma magħrufin il-gżejjer ta’ Trinidad u Tobago.
FRAK MILL-ISTORJA se jkun għall-bejgħ għada fil-Xmas Market fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista. Jinbigħ €15.

