Monday, December 23, 2024

“Dawn huma mumenti fejn ikomplu jimlewni b’kuraġġ u b’sodisfazzjon bil-ħidma tal-Pulizija tal-komunità fil-Mellieħa” – Is-Sindku Dario Vella

Aqra wkoll

Aktar kmieni llum, il-Pulizija ħarġet stqarrija fejn qalet li Eritrean ta’ 31 sena qiegħed jinżamm arrestat b’rabta ma’ numru ta’ azzjonijiet vandali fuq 13-il bus stop madwar Malta.

Jidher li waħda mil-lokalitajiet fejn dan ir-raġel wettaq atti vandali kienet il-Mellieħa. Fil-fatt, fid-dawl tal-aħbar li l-Pulizija rnexxielha tarresta lil dan l-individwu, is-Sindku Mellieħi, Dario Vella fuq Facebook kiteb li “dawn huma mumenti fejn ikomplu jimlewni b’kuraġġ u b’sodisfazzjon bil-ħidma tal-Pulizija tal-komunità fil-Mellieħa.”

Huwa rringrazzja lill-Kummissarju tal-Pulizija Angela Gafa u l-Pulizija tad-distrett u dawk li jaħdmu fil-komunità tal-Mellieħa. 

Ekonomija

Sport