Sunday, December 22, 2024

“Dawn imsejkna bħal ma kienu niesna”

- Il-President dwar il-barranin

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Matul l-intervista ġie diskuss ukoll il-fatt li ħaddiema barranin jistgħu jesperjenzaw mewġa ta’ razziżmu u preġudizzji f’pajjiżna. Meta mistoqsija jekk tinkwetahiex din il-ħaġa, hija qalet li iva tinkwieta minħabba l-fatt li l-ewwel nett kif inhi s-sitwazzjoni f’pajjiżna, il-barranin għandna bżonnhom.

Ix-xewqa tagħha hi li l-barranin inħaddnuhom magħna, mhux għax għandna bżonnhom biss, imma għax irridu noħorġu id ta’ wens u sapport bħala nies li għaddejnaminnha.

Spjegat kif fi żmien is-sittinijiet, f’Malta, ma kellniex xogħol u ma kellniex il-prosperità li nbniet mill-Indipendneza lil hawn. Qalet li tikka tikka, bilgħaqal u bil-mod ilmod, niesna vvjaġġaw lejn l-Awstralja, il-Kanada u l-Istati Uniti.

Spiteri Debono rrimarkat,“Allura x’inhi l-biċċa xogħol li rridu nagħmlu? Għandna
bżonnhom, dawn imsejkna bħalma kienu niesna… Ejja nintegrawhom u naċċettawhom bħala parti mis-soċjetà tagħna li qed jikkontribwixxu fis-soċjetà tagħna.

Dan is-sit innota wkoll kif fid-diskors tagħha, il-President Myriam Spiteri Debono għamlet referenza għall-ġenerazzjoni ż-żgħira, jiġifieri dik tal-ġejjieni u
qalet li dawn iridu jibdew mis-sewwa għas-sewwa.

Meta mistoqsija dwar dan, il-President qalet li riedet tfisser li meta dawn ikunu qegħdin jagħmlu xi ħaġa, għandhom jagħmluha b’mod sħiħ u li jwassluh sat-tarf, jiġifieri li għandhom dejjem jagħmluh
bi skop tajjeb.

Ekonomija

Sport