Saturday, December 28, 2024

DBRS tikkonferma l-andament ekonomiku stabbli ta’ Malta

Aqra wkoll

L-aġenzija internazzjonali ta’ kreditu DBRS, reġgħet ikklassifikat l-ekonomija ta’ pajjiżna fil-livell A high.

Fil-kunsiderazzjonijiet tagħha DBRS qalet li x-xejra stabbli tirrifletti l-fatt li l-ekonomija ta’ Malta u l-andament fiskali f’dawn l-aħħar snin poġġew lill-pajjiż s’sitwazzjoni b’saħħitha biex tkun tista’ timmitiga r-riskji kaġun tal-Covid-19.

DBRS qalet li l-lockdown parzjali u r-restrizzjonijiet marbutin ma’ vjaġġar aktarx li se jwasslu għal riċessjoni tempranja f’Malta din is-sena.

Żiedet tgħid li l-ekonomija lokali mistennija li turi sinjali b’saħħithom fil-ftuħ gradwali tal-ekonomija għalkemm għad hemm inċertezza kbira dwar l-andament tal-pandemija u s-settur turistiku.

DBRS tenniet li r-rating ta’ pajjiżna huwa msaħħaħ bis-sħubija ta’ Malta fiż-Żona Ewro, livelli moderati ta’ dejn pubbliku, u s-saħħa finanzjarja li għandhom il-familji fost fatturi oħrajn.

Fl-istess waqt qalet li s-settur turistiku, sors impostanti ta’ dħul, impjiegi u investiment għall-pajjiż, se jkun qed jiffaċċja sfidi għaż-żmien li ġej.

Fl-analiżi tagħhom, l-esperti sostnew kif it-tnaqqis fil-prodott domestiku gross, li jfisser tnaqqis fit-tkabbir ekonomiku huwa fost l-inqas li se jkun reġistrat fl-Unjoni Ewropea din is-sena, iżda imbagħad pajjiżna mistenni jirreġistra tkabbir ekonomiku s-sena d-dieħla. Qalu li dan tisħqu wkoll il-Kummissjoni Ewropea.

Ekonomija

Sport