Sunday, June 15, 2025

De Bruyne mistenni jagħżel il-flokk numru 14 ma’ Napoli

Aqra wkoll

Il-partitarji ta’ Napoli għaddejjin minn mumenti ta’ ferħ kbir: wara r-rebħ tar-raba’ scudetto u l-konferma ta’ Antonio Conte bħala kowċ, issa wasal ukoll Kevin De Bruyne. Waqt li l-partitarji jistennew b’ħerqa l-bidu tiegħu fi Stadio Diego Armando Maradona, hemm kurżità dwar in-numru tal-flokk li se jilbes. Il-17 u s-7 (in-numru favoriti tal-plejer Belġjan) huma diġà okkupati, iżda De Bruyne jidher li se jagħżel il-14 – numru ieħor għal qalbu u wkoll dak li kien jappartjeni lill-eroj Naplitan Dries Mertens.

L-istess partitarji diġa’ għamluh idolu tagħhom mingħajr għadu lanqas biss lagħab minuta magħhom u qed jistennew bil-ħerqa li jarawh fl-azzjoni.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport