Il-midfielder Kevin de Bruyne ta’ Manchester City u l-attakkant Mohamed Salah ta’ Liverpool huma fost tmien nominazzjonijiet għall-premju tal-Plajer tal-Istaġun tal-Premier League.
Is-City u Liverpool għandhom żewġ plejers nominati, b’Joao Cancelo u Trent Alexander-Arnold inklużi wkoll.
Il-winger ta’ West Ham, Jarrod Bowen, l-attakkant ta’ Arsenal, Bukayo Saka, l-attakkant ta’ Tottenham, Son Heung-min, u l-captain ta’ Southampton, James Ward-Prowse, jgħaqqdu l-lista.
L-Eġizzjan Salah qed imexxi t-taqtiegħa għall-Golden Boot bi 22 goal, filwaqt li l-Belġjan De Bruyne għandu 15-il goal u seba’ assists.
Iż-żewġ plejers, li huma rebbieħa tal-passat, kienu fuq il-lista qasira fl-istaġun li għadda, bid-difensur tas-City, Ruben Dias, jirbaħ il-premju.