Monday, November 4, 2024

De La Fuente jrid li l-finali tat-Tazza tad-Dinja 2030 tintlagħab fi Spanja

Aqra wkoll

Il-kowċ tat-tim nazzjonali Spanjol Luis de La Fuente jrid li l-finali tat-Tazza tad-Dinja 2030 tintlagħab fi Spanja. Kif nafu l-Portugall, Spanja u l-Marokk se jkunu qed jorganizzaw din l-edizzjoni tat-tazza tad-dinja f’għeluq il-mitt sena mill-akbar manifestazzjoni sportiva.

De La Fuente qal li hi xi ħaġa naturali li Spanja għandha l-aqwa faċilitajiet u fuq kollox kapaċita’ li jesgħu numru kbir ta’ spettaturi

De La Fuente għandu 62 sena u nħatar bħala l-kowċ tat-tim Spanjol sabiex ħa post Luis Enrique. S’issa minn sitt logħbiet taħt it-tmexxija tiegħu kien hemm erba’ rebħiet, draw u telfa.

Sport