Tuesday, July 15, 2025

De La Salle se jipparteċipaw fil-Kampjonat Dinji taċ-Ċess għat-timijiet skolastiċi

Aqra wkoll

De La Salle College mistennija jipparteċipaw fil-World Schools Team Chess Championships li se jkunu qed jintlagħbu ġewwa Washington D.C., USA. De La Salle ipparteċipaw bi 3 timijiet fost 50 tim u ‘l fuq minn 150 student, fit-turnew popolari Chess Interschools Qualifiers li ġie organizzat f’April li għadda.  Tnejn mit-timijiet tagħhom spiċċaw fil-quċċata tal-klassifika, mal-ewwel 6 postijiet, biex b’hekk ikkwalifikaw għall-Finali (https://chess-results.com/tnr1144222.aspx?lan=1).

Il-Finali ġew imtella’ bħala parti mill-ewwel edizzjoni tal-Malta Schools Games, organizzati mill-Ministeru għall-Edukazzjoni, Riċerka u Innovazzjoni, b’kollaborazzjoni ma’ Sport Malta, il-Kumitat Olimpiku Malti (MOC) u Malta Schools Sports Federations (MSS). It-tim ta’ De La Salle irnexxielhom jirbħu l-kompetizzjoni b’riżultat perfett u b’hekk kisbu d-dritt li jirrappreżentaw lil Malta fil-kompetizzjoni Dinjija għall-iskejjel.

It-tim li se jkun qed jipparteċipa fit-Team Chess Championships se jkun kompost minn Gabriel Gauci, Gabriel Grech, Benjamin Calleja Falzon, Matthew Callus u Luke Micallef Trigona. Huma se jkunu akkumpanjati mill-kaptan u kowċ Duncan Vella mill-Federazzjoni Maltija taċ-ċess. Il-kampjonat se jkun qed jikkonsisti fi 8 logħbiet li se jintlagħbu fil-format rapid  b’ 45 minuta (b’żieda ta’ 10 sekondi ma’ kull mossa) ħin għal kull plejer. 4 parteċipanti se jkunu qed jilgħabu f’kull round, darba bl-iswed u darb’oħra bl-abjad. 

L-istudenti bħalissa qed jitħarrġu b’serjetà kbira għal din il-kompetizzjoni, li għal ħafna minnhom, se tkun l-ewwel esperjenza tagħhom f’kompetizzjoni barra minn Malta.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport