Monday, March 23, 2026

De Leo jsejjaħ l-iskwadra finali għal kontra l-Lussemburgu

Aqra wkoll

Il-coach nazzjonali ta’ Taħt il-21 sena, Davide Mazzotta, ukoll sejjaħ l-iskwadra finali ta’ 24 player għal-logħbiet li ġejjin mill- kwalifiki tal-Kampjonat Ewropew … kontra l-Greċja u Georgia.

Malta l-ewwel se tilgħab kontra l-Greċja fis-sitt logħba tagħha ta’ din il-kampanja ta’ kwalifikazzjoni hekk kif l-avversarji jinsabu fil-quċċata ta’ Grupp F.

Il-partita se tintlagħab, nhar il-Ġimgħa li ġej,  27 ta’ Marzu, u tibda fil-5.00 pm fl-Istadium Muniċipali ta’ Livadia, il-Greċja. 

Imbagħad Malta tivvjaġġa lejn Georgia biex tilgħab nhar it-Tlieta, 31 ta’ Marzu, fl-4.00 pm, fl-Istadium Ramaz Shengelia f’Kutaisi.

Inizjalment, Mazzotta kien sejjaħ skwadra proviżorja ta’ 31 player, iżda issa naqqas­ha għal 24 player. Xi wħud miż-żi­diet notevoli fl-iskwadra finali jinkludu lil James Sissons u Shaisen Attard, li inizjalment kienu ġew imsejħa fl-iskwadra pro­viżorja tal-iskwadra ‘A’ ta’ Malta.

L-iskwadra finali hija:

Goalkeepers: Hugo Sacco (Hibernians), Karl Sargent (Gzira U.), James Sissons (Chesterfield – Ingilterra)

Difensuri: Deacon Abela (Gzira U.), Jake Vassallo (Mosta), Tristan Viviani (San Diego – Stati Uniti), Kean Scicluna (Zabbar SP), Nikita Shchepetkin (US Livorno – Italja), Mattias Ellul (Valletta), Sven Xerri (Hamrun Spartans), Nathan Cross (Birkirkara)

Midfielders: Andrew Borg (Gzira U.), Kaiden Fenech (Birkirkara), Lucas Caruana (Hibernians), Jake Grech (Balzan), Daniel Letherby (Naxxar L.), Jake Micallef (Zabbar SP)

Attakkanti: Nicholas Agius (Zabbar SP), Shaisen Attard (Hamrun S.), Kai Bartolo (Wealdstone – Ingilterra), Brooklyn Borg (Gzira U.), Sean Gatt (Sta Lucia), Joshua Pitts (Ipswich Town – Ingilterra), Gabriel Vella (Kercem Ajax)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport