Sunday, September 15, 2024

Dean Henderson jirrispondi għall-kummenti online li rabtuh ma’ arrest preċedenti

Aqra wkoll

Il-goalkeeper ta’ riserva ta’ Manchester United, Dean Henderson, irrisponda għall-kummenti online li rabtuh ma’ arrest preċedenti.

Iż-żagħżugħ ta’ 24 sena kien marbut ma’ inċident li kien jinvolvi l-arrest ta’ player tal-Premier League fl-2019 iżda pront ittimbrahom bħala “Aħbarijiet totalment foloz”.

Henderson kiteb fuq il-media soċjali li: “Ma nistax nemmen li qed ikolli nagħmel dan imma nixtieq biss nindirizza x-xnigħat li ħarġu fl-aħbarijiet fl-aħħar ftit jiem.”

“Hemm xi nies imdejqa fid-dinja li jorbtu ismi ma’ stejjer ta’ aħbarijiet bħal dawn mhux xierqa, li jweġġgħu u totalment huma foloz.”

“Għandi familja li ġiet affettwata minn dan u għalhekk ridt immedjatament niċħad l-għajdut u nimxi ‘l quddiem.”

Xnigħat bħal dawn isegwu l-arrest tal-attakkant tar-Red Devils, Mason Greenwood, kmieni fl-2022, biż-żagħżugħ ta’ 20 sena jinsab taħt investigazzjoni għal stupru, attakk sesswali u theddid ta’ mewt.

Ekonomija

Sport