L-avukata Deborah Schembri, ħabbret li se terġa’ tikkontesta l-elezzjoni ġenerali f’isem il-Partit Laburista wara stedina li saritilha mill-Prim Ministru Robert Abela.
F’post fuq il-midja soċjali, Dr Schembri tikteb li “m’hemmx unur akbar minn dak li sservi lil pajjiżek, għalhekk lqajt din l-istedina mill-qalb u bi pjaċir nħabbar li se nkun qiegħed nitfa’ n-nomina tiegħi fil-ġranet li ġejjin, biex jekk il-poplu jagħżel li nirrappreżentah, nagħmel dan b’impenn, b’responsabbiltà u b’diligenza, kif dejjem għamilt. Napprezza ħafna s-sapport tagħkom.”

