L-attakkant internazzjonali Urugwajan, Darwin Nunez, irid jinsa d-debutt tiegħu f’Anfield quddiem il-partitarji ta’ Liverpool hekk kif setgħu biss jispiċċaw fi draw ta’ 1-1 kontra Cryrstal Palace biex minn żewġ logħbiet huma waqqgħu diġá erba’ punti.
Kien Wilfred Zaha (32) li fetaħ l-iskor għall-Palace iżda Luis Diaz (31) kiseb id-draw għal Liverpool.
Peró fis-57 minuta, seħħ dak li ħadd ma kien qed jistenna meta Darwin tkeċċa għal daqqa ta’ ras li ta lil Joachim Andersen. Kienet azzjoni mill-aktar banali hekk kif issa huwa sospiż tliet partita fejn se jitlef dawk kontra Manchester United u Chelsea.
Huwa laqat il-lasta eżatt qabel tmiem l-ewwel taqsima.