Sunday, December 22, 2024

Debutt inkuraġġanti għal żewġ atleti żgħażagħ f’San Marino

Aqra wkoll

L-atleti żgħażagħ Daniel David Scicluna u Julia Bonnici riċentement irrappreżentaw lil Malta fil-31 edizzjoni tat-Tazza tal-Mediterran li saret f’San Marino.

L-avveniment kien miftuħ għall-plejers tat-table tennis fil-kategorija ta’ taħt it-12-il sena fejn kien hemm il-parteċipazzjoni ta’ disa’ pajjiżi u diversi reġjuni Taljani. Il-koppja Maltija spiċċat fis-16-il post minn 25 parteċipant fil-Mixed Team Event.

Wara rebħiet kontra Trentino u Emilia Romagna, Scicluna u Bonnici avvanzaw sal-fażi tal-aħħar 16 u kien hawn fejn ġew eliminati sabiex imbagħad ħadu sehem fil-logħob ta’ klassifikazzjoni.

Sadanittant fil-kompetizzjoni individwali, Julia Bonnici lagħbet żewġ logħbiet u kisbet rebħa u telfa filwaqt li Daniel David Scicluna tilef iż-żewġ logħbiet li lagħab.

Finalment fil-Plate Event, iż-żewġ plejers kisbu rebħa waħda fejn biha waslu wkoll sal-kwarti tal-finali .

Kemm Scicluna kif ukoll Bonnici kienu taħt it-tmexxija ta’ Mario Genovese.

Din il-parteċipazzjoni għal dan l-avveniment internazzjonali kien il-bidu ta’ pjan ambizzjuż sabiex aktar atleti li jipprattikaw it-table tennis ikollhom iċ-ċans jieħdu sehem f’dawn it-tim ta’ turnaments li qed jiġu iffinanzjati mill-Kumitat Olimpiku Malti.

Ekonomija

Sport