Daniel Maldini kellu debutt mill-bidu tal-ħolm ma’ AC Milan meta fetaħ l-iskor fir-rebħa ta’ 2-1 fuq Spezia.
Bla dubju, dan l-attakkant ta’ 19-il sena mexa fuq il-passi tan-nannu Cesare u missieru Paolo, li t-tnejn kienu captains fil-perjodu tagħhom .. u t-tnejn għollew it-Tazza taċ-Champions.
“Ninsab kuntent ħafna, kienet sensazzjoni indeskrivibbli. Iżda l-importanti li ħadna t-tliet punti li bihom tlajna fil-quċċata tal-klassifika,” qal Maldini.
“Il-ġurnata ta’ qabel ġejt mgħarraf li kont se nkun fil-formazzjoni inizjali u għaldaqstant ħassejtni ħafna eċċitat.
“Il-coach, Stefano Pioli, u missieri jgħinuni ħafna għax jimmotivawni u jagħtuni l-pariri.
“Għadni fil-bidu tal-karriera tiegħu u nispera li nkun ta’ servizz għal dan il-club li qiegħed fid-demm tal-familja tagħna.”