Wednesday, July 30, 2025

Debutt tal-ħolm għal Swieqi United FC fil-UEFA Women’s Champions League

Aqra wkoll

Anenii Noi…………….0

Swieqi U……………….5

Swieqi United kellhom debutt tal-ħolm fil-UEFA Women’s Champions League, fejn kisbu rebħa kbira ta’ 5-0 kontra ċ-champions tal-Moldova Anenii Noi fl-ewwel logħba tagħhom.

It-tim tan-nisa ta’ Swieqi United FC kellu prestazzjoni mill-aqwa fis-Slovakkja biex avvanza għall-finali tal-mini-tournament, fejn se jiffaċċjaw jew lit-tim ospitanti Spartak Myjava jew lil Budućnost tal-Montenegro nhar is-Sibt għall-post fit-Tieni Rawnd.

Minkejja li l-ewwel taqsima spiċċat mingħajr gowls, Swieqi United dejjem dehru superjuri. Huma ddominaw il-pussess u ċ-ċansijiet, bil-pressjoni tagħhom finalment tagħti l-frott fit-tieni taqsima hekk kif skorjaw ħames gowls mingħajr risposta.

Il-kowċ Dorianne Theuma tat id-debutt lil diversi akkwisti ġodda, inkluża l-attakkant Bulgara Aleksandra Yaneva, li tiftaħar b’esperjenza preċedenti fiċ-Champions League, u Sara Saliba, eks plejer ta’ Birkirkara u Milan. It-trio ta’ attakk kien komplut mill-internazzjonali tal-Ghana U20 Salamatu Abdulai.

Fid-difiża, l-eks palyer ta’ Birkirkara Valentina Rapa wkoll bdiet mal-ewwel 11, filwaqt li Shona Zammit mexxiet lit-tim bħala captain fl-ewwel dehra Ewropea tagħha għal Swieqi.

Il-gowls għal Swieqi United FC waslu minn Salamatu Abdulai li rreġistrat doppjetta personali f’temp ta’ 10 minuti fit-48 u fit-58 minuta, Aleksandra Yaneva mas-siegħa logħob, Sara Saliba fis-76 minuta u Andela Kricak fis-86 minuta.

Anenii Noi: A. Saitan; S. Rotari, L. Caraman, C. Musteata, D. Iurcu (A. Ceban 67), A. Maidanscaia (V. Tatariu 67), L. Andone (A. Barlea 74), A. Toma (D. Ignat 90), S. Meleca, G. Bagrin, C. Vasilachi.

Swieqi U.: P. Araujo; V. Rapa (M. Conti 77), T. Falzon, Rafanny (J. Schembri 26), E. Xuereb, A. Kricak, M. Cachia (E. Koneva 77), S. Zammit (E. Micallef 77), A. Yaneva (S. Urpani 66), S. Saliba, S. Abdulai.

Referee: Eglantina Pjetrushaj (Albanija)

Ammoniti: S. Urpani (S), A. Toma (A)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport