Friday, November 15, 2024

“Deċiżjoni insensittiva lejn is-soċjetà iżda iktar lejn il-familja tal-vittma”

Il-PM jikkundanna l-konċessjoni biex George Degiorgio jmur riċeviment

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru qal li huwa dover tiegħu li jitkellem dwar id-deċiżjoni tal-Imħallef li tippresjedi l-Qorti Kriminali li ppermetiet li d-delinkwent ta’ wieħed mill-agħar reati li qatt kellna f’pajjiżna tħalla jmur riċeviment.

“Deċiżjoni mill-iktar insenstittiva lejn is-soċjetà tagħna, iżda hija iktar insensittiva lejn il-familjari tal-vittma”, kompla jgħid il-Prim Ministru filwaqt li saħaq li hija wkoll deċiżjoni li tibgħat messaġġ ħażin lil min investiga u pprosegwixxa dan il-każ b’suċċess.

Abela fakkar li għax fl-aħħar jiem huwa bagħat il-messaġġ biex il-qrati jkunu konsistenti u jibatu messaġġ uniformi favur iż-żamma tas-sigurtà f’pajjiżna, il-Kap tal-Oppożizzjoni minflok ġibed l-istess ħabel, bagħat messaġġ fl-invers.

Kompla biex jgħid li madanakollu, wara din id-deċiżjoni fil-konfront ta’ George Degiorgio, Grech reġa’ ħareġ jgħid li huwa kollu tort ta’ Robert Abela li l-qorti waslet għal din il-konċessjoni.

Ekonomija

Sport