Wara li ħabbru li jinsabu nteressati fis-servizzi tal-attakkant internazzjonali Ingliż ta’ Borussia Dortmund, Jude Bellingham, issa Chelsea ħabbru li rtiraw għal kollox milli jakkwistawh. Huma jemmnu li l-player ta’ 19-il sena diġá laħaq ftehim verbali ma’ Real Madrid u għaldaqstant ikun ħin moħli jekk jibqgħu jiġru warajh.
Il-Pensioners jippreferu li jmorru għall-midfielder internazzjonali Ingliż ta’ West Ham, Declan Rice.
Il-kuntratt ta’ dan il-player ta’ 24 sena jintemm f’Ġunju 2024 u għaldaqstant jemmnu li l-Hammers jinsabu f’pożizzjoni biex jinnegozjaw it-traferiment tiegħu minħabba li l-istaġun li ġej ikun l-aħħar wieħed tiegħu fejn ikun jista’ jitlaq b’xejn.
Barra minn hekk, huwa jgħix f’Londra bil-konsegwenza li jista’ jibqa’ setiljat f’daru.