Monday, October 14, 2024

Declan Rice u Moises Caicedo fir-radar ta’ Arsenal

Aqra wkoll

Hekk kif Arsenal qed jissieltu ma’ Manchester City għar-rebħ tat-titlu Ingliż, l-istess Gunners diġa’ qed jaħsbu għall-istaġun li ġej.

Rapporti minn Londra qed jgħidu li t-tim immexxi minn Mikel Arteta qed jaħseb sabiex jakkwista lil Declan Rice mingħand West Ham United u Moises Caicedo mingħand Brigthon and Hove Albion. Iż-żewġ plejers qed jogħġbu ferm lil Arteta.

Madankollu, Arsenal iridu jċedu żewġ plejers li probabbilment ikunu Granit Xhaka u Kieran Tierney sabiex iġibu xi flus oħra biex jakkwistaw plejers ġodda. 

Sport