Sunday, September 8, 2024

Defi Orageux, Caucasien u Mac Smily jispikkaw fis-semifinali Gold

Kenneth Vella

Aqra wkoll

Defi Orageux, Caucasien u Mac Smily rebħu t-tiġrijiet ewlenin li saru l-Ħadd wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa. Dawn kienu semifinali mill-kampjonat Assikura għal żwiemel tal-klassi Gold fuq distanza qasira ta’ 2140m. Dawn it-tiġrjiet għamlu parti mill-ħames laqgħa tas-sena fuq għaxar tiġrijiet kollha tat-trott. 

Caucasien bin-numru 12 jirbaħ it-tieni semi finali

Mit-tliet semifinali Gold, tnax -il żiemel għamluha għall-finali. Fl-ewwel waħda, Fairplay Du Vivier (Ludvic Ghigo) li kien għal ħafna metri quddiem, ċeda kollox f’nofs id-dritta finali. Dan meta nqabeż minn Defi Orageux (Rodney Gatt). Classic d’Urzy (Noel Baldacchino) u Elorn (Charles Camilleri) temmew fit-tielet u r-raba’ post rispettivament. 

It-tieni semifinali kienet ikkaratterizzata minn tmiem inċert bejn Caucasien (Noel Baldacchino) u Liam Dana (Charles Camilleri) li kellhom sprint qawwi fl-aħħar metri. Kien tal-ewwel li akkwista t-tieni rebħa tas-sena, b’Shining Armor (Carl Caruana) u Flash de Celland (David Ellul) jidħlu warajhom f’dik l-ordni.

Defi Orageux jirbaħ l-ewwel semi finali

Attackk mibdi 400m mil-linja finali wassal lill-Ġermaniż Mac Smily (Rodney Gatt) biex jieħu l-ewwel rebħa staġjonali fit-tielet semifinali Gold. Dan minn Dunbar (Redent Magro) u l-favorit Cruise (Paul Galea). Dreams Happen (Cliferty Calleja) irnexxilu jgħaddi wkoll għall-aħħar fażi. Għal Gatt din kienet it-tielet rebħa tal-ġurnata.   

Ir-rebbieħa kollha

I Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 1640m. 1. Conungen T.T. (R. Gatt) Ħin – 2.01.8” (1.13.8”) 2. Equateur Mauzun (Cherise Farrugia) 3. Mooney (M. Mifsud) 4. Hune (M. Debono) 

II Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 1640m. 1. Donnezac (R. Magro) Ħin – 2.01.7” (1.14.2”) 2. Envieux (P. Galea) 3. Daraghiu Jeep (A. Cassar) 4. Gitano De Feline (G.L. Grech)

III Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 1640m. 1. Iron De Ginai (Ch. Degiorgio) Ħin – 1.59.9” (1.13.2”) 2. Emile Du Var (C. Calleja) 3. Exotic Jet (R. Gatt) 4. Gabin Sellois (R. Magro) 

IV Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 1640m. 1. En Toi J’Espere (Cherise Farrugia) Ħin – 2.00.7” (1.13.6”) 2. Diego Du Coudou (N. Baldacchino) 3. Falco De Vandel (C. Vassallo) 4. Felicio Du Joamax (J. Zahra) 

V Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 1640m. 1. Atout De Montbrun (R. Gatt) Ħin – 2.02.7” (1.14.8”) 2. Jadore Sugar (D. Cortis) 3. Elegant Frost (P. Galea) 4. Guarda (M. Mifsud) 

VI Tiġrija. Semifinali Kampjonat Assikura. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Defi Orageux (R. Gatt) Ħin – 2.39” (1.14.3”) 2. Fairplay Du Vivier (L. Ghigo) 3. Classic d’Urzy (N. Baldacchino) 4. Elorn (C. Camilleri) 

VII Tiġrija. Semifinali Kampjonat Assikura. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Caucasien (N. Baldacchino) Ħin – 2.41.2” (1.15.3”) 2. Liam Dana (Ch. Camilleri) 3. Shining Armor (C. Caruana) 4. Flash de Celland (D. Ellul) 

VIII Tiġrija. Semifinali Kampjonat Assikura. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Mac Smily (R. Gatt) Ħin – 2.41.2” (1.15.3”) 2. Dunbar (R. Magro) 3. Cruise (P. Galea) 4. Dreams Happen (C. Calleja) 

IX Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 1640m. 1. Eurythmic Sisu (K. Sciberras) Ħin – 1.58.7” (1.12.4”) 2. Arno Dell’Est (P. Galea) 3. Abricot Du Bugey (Ch. Vassallo) 4. Qvanting Indika (A. Cassar) 

X Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 1640m. 1. Havaroche (N. Baldacchino) Ħin – 2.00.4” (1.13.4”) 2. Mellby Drake (J. Spiteri) 3. Prinsen One (M. Farrugia) 4. Forma De Blary (C. Caruana)

Ekonomija

Sport