Sunday, December 22, 2024

Deher jixxabbat sakemm qabeż fil-ħaxix … miet xi sigħat wara li ddaħħal l-Isptar

Aqra wkoll

Raġel tilef ħajtu wara li kmieni dalgħodu waqa’ minn għoli fl-inħawi tal-marina, fi Vjal Portomaso.

Mill-investigazzjonijiet illi saru rriżulta li ħaddiem li kien f’binja fil-qrib lemaħ persuna tixxabat ma’ xi binjiet fil-viċin u wara taqbeż fil-ħaxix. Ftit tal-ħin wara uffiċjal tas-sigurtà li mar jiċċekja ż-żona sema’ persuna qed tokrob bl-uġigħ u minnufih ċempel għall-assistenza.

Tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili taw l-assistenza fuq il-post u r-raġel, li ġie identifikat bħala Kolombjan ta’ 24 sena u residenti San Pawl il-Baħar, ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza. Sfortunatament huwa miet ftit tas-sigħat wara kawża tal-ġrieħi serji li sofra.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Joseph Mifsud ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport