Friday, December 27, 2024

Dehra ġdida għall-Mixja Turistika f’Birżebbuġa

Aqra wkoll

Mixja Turistika li tikkonsisti f’21 post ta’ interess storiku u kulturali f’dan ir-raħal

Il-‘Mixja Turistika f’Birżebbuġa’, li tikkonsisti f’21 post ta’ interess storiku u kulturali f’dan ir-raħal fin-naħa t’isfel tal-pajjiż, ingħatat dehra ġdida biex tkun tirrifletti aċċessibbiltà aħjar peress li tabelli  ta’ informazzjoni dwar dawn is-siti kienet ġratilhom ħafna ħsara kawża tal-elementi naturali. Id-dehra  ġdida kienet possibbli wara investiment min-naħa tal-Fondazzjoni għal Żvilupp taż-Żoni Turistiċi  (FTZD) li tifforma parti mill-Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur. 

Il-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli llum inawgurat din  id-dehra ġdida filwaqt li ppreżentat għotja finanzjarja lill-Għaqda Storja u Kultura ta’ Birżebbuġa  biex jintużaw għal proġett ieħor fil-lokalità. 

“X’aktarx li mhux ftit huma dawk il-Maltin li mhumiex konxji mill-wirt storiku u kulturali  f’Birżebbuġa għajr għal Għar Dalam. Ħarsa lejn il-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni maħruġa mill Għaqda Storja u Kultura ta’ din il-lokalità dwar il-postijiet ta’ interess minn kull epoka tal-istorja ta’  pajjiżna turi tajjeb dak li għandha x’toffri din il-lokalità. Mixja mifruxa fuq medda ta’ madwar 10  kilometri u medda oħra ta’ aktar minn 7,000 sena ta’ storja. U għalhekk ta’ min ifaħħar l-inizjattiva  konġunta li kienu ħadu l-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa flimkien mal-Għaqda Storja u Kultura biex  wirt bħal dan jingħata l-għarfien li jixraqlu u jattira lejh mhux biss Maltin u Għawdxin imma wkoll  barranin. Huwa b’sodisfazzjon li bħala Ministeru għat-Turiżmu ngħinu kemm nistgħu inizjattivi bħal  dawn, tant li dan mhux l-uniku proġett ta’ riġenerazzjoni min-naħa tal-Ministeru għat-Turiżmu għal  din il-lokalità biex inkomplu noħorġu s-sabiħ li din toffri,” qalet il-Ministru Julia Farrugia Portelli. 

Aaron Zahra, Chairman tal-FTZD, iddeskriva dan il-proġett bħala wieħed li jagħmel differenza għax  apparti li juri l-istorja tal-lokalità u jiffaċilita l-aċċess għaliha. Żied jgħid li dan ma kienx l-uniku  xogħol li sar mill-FFZD f’Birżebbuġa, kif tixhed fost oħrajn il-ħidma li saret fuq il-promenade u fil bajjiet. Saru kelmtejn ukoll mill-President tal-Għaqda Storja u Kultura, Emmanuel Francalanza, li tratta fil qosor it-twaqqif tal-għaqda fl-1993 u ħidmietha tul is-snin li ilha mwaqqfa. Irrefera wkoll għal proġett  ieħor li għandha f’moħħha l-għaqda li jikkonsisti minn kxif u tindif ta’ xelter tal-gwerra li jinsab fiċ ċentru tal-lokalità u li għalih konvint li se jsib l-għajnuna kemm tal-Ministeru għat-Turiżmu kif ukoll  tal-Kunsill Lokali.

Min-naħa tiegħu l-Viċi-Sindku tal-Kunsill Lokali Scott Camilleri qal li l-kunsill jinsab sodisfatt ħafna  li kien ta’ għajnuna biex seta’ seħħ dan il-proġett li ċertament se jkompli jgħin biex titneħħa l impressjoni li Birżebbuġa hija biss lokalità industrijali meta fil-verità Birżebbuġa għandha ħafna  x’toffri għal dak li jirrigwarda storja ta’ pajjiż. 

Il-proġett ‘Mixja Turistika f’Birżebbuġa’ tnieda oriġinarjament fl-2015 bl-iskop li jwessa’ l-għarfien  storiku tal-lokalità kemm mar-residenti tal-lokalità stess, kif ukoll fuq bażi nazzjonali u turistika. 

Id-dehra l-ġdida lil din l-inizjattiva tinkludi 23 tabella ta’ informazzjoni fuq 21 sit li jibdew mill-aktar  post magħruf għall-istorja tiegħu, Għar Dalam, u minn hemm tkompli l-istedina biex il-viżitatur  jesplora postijiet oħrajn ta’ interess fil-lokalità bħalma huma knejjes li jvarjaw minn dawk privati  għal dik parrokkjali, kif ukoll fortifikazzjonijiet li jmorru lura għal Żmien il-Bronż, kif rifless f’Borġ  in-Nadur għal dawk ta’ Żmien l-Ordni ta’ San Ġwann fosthom il-Batterija Ferretti u ta’ żmien l Ingliżi f’Malta bħalma hija l-Fortizza ta’ Bengħajsa. Interessanti wkoll is-salini tal-melħ u l fosos għall-ħażniet tal-qamħ. Il-mixja tintemm fir-residenza li kienet sservi ta’ villeġġjatura għal  Mons. Pietru Pawl Saydon li kien mill-parroċċa taż-Żurrieq. F’din id-dar Mons Saydon wettaq ix xogħol ta’ traduzzjoni tal-Kotba Mqaddsa mill-ilsna oriġinali Grieg u Ebrajk għall-Malti.

Ekonomija

Sport