Tuesday, September 17, 2024

Dejan Lovren ma’ PAOK

Aqra wkoll

Id-difensur ċentrali Kroat Dejan Lovren ħalla lil Olympique Lyon sabiex ingħaqad ma’ PAOK Salonica fil-Greċja. Il-plejer kien aġent ħieles tul dawn l-aħħar jiem u wara li ma rnexxilux jagħlaq trasferiment qabel tmiem is-suq tas-sajf, fl-aħħar sigħat ftiehem sabiex jilgħab fis-Super League Griega.

Lovren iffirma kuntratt ta’ sentejn. Hu għandu esperjenza notevoli fil-qasam tal-futbol internazzjonali u rebaħ is-Super Cup, l-UEFA Champions League u l-kampjonat Premier Ingliż ma’ Liverpool filwaqt li rrappreżenta lil pajjiżu 78 darba filwaqt li skorja ħames gowls. 

Artiklu preċedenti

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport