Wara li Red Star Belgrade naqqsu milli jikkwalikaw għall-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions, il-kowċ Dejan Stankovic ħalla l-kariga tiegħu. Bosta kienu dawk il-kritiċi kif ukoll partitarji tal-club li ħaduha qatta’ bla ħabel kontra Stankovic u l-metodi li uża fil-partita play-off kontra Maccabi Haifa.
Id-diriġenti Serbi sabu s-sostitut tiegħu immedjatament tant li ħatru lil Milos Milojevic f’din il-kariga. Dan tal-aħħar kien għamel żmien bħala assistent coach u f’dawn l-aħħar snin mexxa wkoll lil Hammarby u Malmoe.