Monday, May 13, 2024

“Dejjem b’rasu baxxuta jfittex kif jara lil ta’ madwaru kuntenti”

- L-Arċipriet Dun Joseph Mizzi waqt il-funeral ta’ Eric Borg

Aqra wkoll

“Ir-Rabat siket u mmuta, mal-aħbar ta’ Eric bqajna lkoll bla kliem.” Hekk stqarr l-Arċipriet Dun Joseph Mizzi waqt il-quddiesa tal-funeral li fiha ngħata l-aħħar tislima Eric Borg ta’ 27 sena mir-Rabat, il-vittma tal-ewwel omiċidju li seħħ fl-ewwel sigħat tal-bidu ta’ sena ġdida.

Dun Joseph Mizzi fl-omelija tiegħu qal li propju fil-quddiesa ta’ filgħodu tal-Ewwel tas-Sena t-tfal Rabtin ngħaqda mat-tfal ta’ Medda ta’ Gaza jkantaw għal paċi. “Imma l-aħbar tal-mewt ta’ Eric ġabet arja tqila li ħasditna u beżżgħetna,” kompla jistqarr l-Arċipriet.

Meta ġie biex jitkellem dwar min kien Eric, Dun Mizzi qal li kien żagħżugħ ta’ ftit kliem, li pero kien jitkellem ħafna b’għajnejh.

Stqarr li Eric dejjem kien eżemplari, dejjem rasu baxxuta u dejjem ifittex li jara lil ta’ madwaru jkunu kuntenti. “Kien iċempel dejjem biex jara kif inhuma tal-familja tiegħu. Ommu kienet l-aktar għażiża u missieru kien l-akbar ħabib tiegħu. Minn jaf kemm diskursati kellhom dwar il-passatempi tagħhom,” temm jgħid l-Ariċpriet Dun Joseph Mizzi.

Sport