Saturday, November 16, 2024

“Dejjem ġejja u ġejja u qatt ma’ tasal l-ambaxxata tal-Amerika Latina” – Id-Deputat Nazzjonalista Carmelo Mifsud Bonniċi

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Id-Deputat Nazzjonalista Carmelo Mifsud Bonniċi fl-intervent tiegħu fid-diskussjoni dwar l-estimini tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, ikkritika d-dikjarazzjonijiet li jsiru minn żmien għal żmien dwar ambaxxata fl-Amerika Latina, xi ħaġa li sa issa għad mhux magħruf fejn se ssir. Iddikjara li “dejjem ġejja, ġejja u qatt ma tasal. Nittama li l-MInistru jaqtagħlna l-kurżità u fl-aħħar inkunu nafu fejn ġejja din l-ambaxxata”.

Tenna li “issa ġie deċiż li tinfetaħ ambaxxata f’Addis Ababa għax hemmhekk hemm is-sede tal-Unjoni Afrikana. Ngħid li ppjanar veru u fit-tul m’hemmx. Jekk se jiġri bħal dak tal-ambaxxata fl-Amerika Latina, dan ifisser li se ndumu snin twal biex naraw din l-ambaxxata”.

Ekonomija

Sport