Friday, July 11, 2025

‘Dejjem ħares ‘il quddiem, fittex it-tragward li tixtieq u dejjem imxi ‘l quddiem’ – Ickerson Whitelaw

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?

Bdiet minn meta kont żgħir. Minn dejjem kelli l-imħabba għall-isport imma l-futbol kien dak l-isport partikolari li għoġobni l-iktar.

Iddeskrivi l-esperjenza preżenti tiegħek ma’ Kalkara United FC.

Għandi esperjenza mill-aqwa mal-Kalkara United FC – tim ta’ vera li kellna għaqda kbira li mxejna ‘il quddiem u għamilna qabża kbira ‘l quddiem.  

X’tikkummenta fuq l-andament tat-tim matul l-istaġun li għadda?

It-tragward tagħna li niġu mal-ewwel erbgħa lħaqnieh, fejn tajna prestazzjoni mill- aqwa kontra kull tim li affrontajna. 

Kif tqis il-livell tal-futbol Malti fil-preżent?

Il-livell tal-futbol Malti qiegħed miexi ‘l quddiem imma għadu lura u jrid ikun hemm xi tibdil għall-aħjar. 

Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol?

Dejjem nagħmel mill-aħjar li nista’ ħalli dejjem nikber u nara lili nilgħab f’livell ta’ kompetizzjoni tajba. 

Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-futbol.

Qatt m’għandek taqta’ qalbek għax il-futbol mhux faċli – jinvolvi injuries, diżappunti u ħafna affarijiet oħra, imma dejjem ħares ‘il quddiem, fittex it-tragward li tixtieq u dejjem imxi ‘l quddiem!

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport