Friday, December 13, 2024

“Dejjem ħsibna li konna se nsiru nanniet flimkien”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Tingħata l-aħħar tislima lil Chris Scicluna

Għadd ta’ persuni nġabru biex jagħtu l-aħħar tislima lill-kantant u mużiċist Chris Scicluna li miet il-Ġimgħa li għaddiet fl-età ta’ 62 sena.

Iċ-ċelebrazzjoni li saret fil-knisja tal-Balluta f’San Ġiljan kienet animata wkoll minn martu Moira li ma naqsitx milli tgħaddi kelmtejn waqt l-istess quddies.

 Martu Moira Stafrace, li miegħu rrappreżentat lil Malta fil-Eurovision Song Contest fl-1994 bdiet biex tgħid li ma felħux jarawh ibati aktar u li ma kienx ħaqqu jbati b’dak il-mod. Kompliet tgħid kif Chris kien issielet mal-kanċer għal sentejn sħaħ u li l-istess perjodu kien aktar iebes minħabba t-telfa tal-ġenituri tagħha.

Hija esprimiet id-diżappunt tagħha għall-fatt li hi u żewġha dejjem kienu ħasbu li se jsiru nanniet flimkien, iżda dan issa mhuwiex possibbli. Tenniet li huma dejjem kellhom lil Alla magħhom f’ħajjithom, u li fl-aħħar xhur din l-imħabba kompliet tissaħħaħ.

Ekonomija

Sport